WikipediA
Ewropa
Għal użi oħra, ara Ewropa (diżambigwazzjoni)
F'sens ġeoloġiku u ġeografiku, 1-Ewropa hija peniżola; il-parti
tal-punent tal-Ewrasja. Xorta hija meqjusa bħala kontinent għal
motivi kulturali. L-Ewropa hija kontinent żgħir b'10,400,000
km 2 (1-Awstralja biss hija iżgħar minnha) imma għandha
799,000,000 abitant (statistiċi tal-2003) li jqiegħduha fit-tielet
post fil-lista ta' kontinenti 1-iktar popolati (wara 1-Asja u 1-
Afrika); bejn wieħed u ieħor fl-Ewropa tinsab persuna minn
kull tmienja tal-popolazzjoni mondjali.
L-Ewropa influwenzat b'mod notevoli 1-istorja u 1-kultura tad-
dinja ċivilizzata. Andreas Kaplan jiddefinixxi 1-Ewropa bħala 1-
akbar diversità kulturali fl-iżgħar distanzi ġeografiċi.^ II-
pożizzjoni ċentrali tal-Ewropa, kuntrarju għall-kontinenti 1-
oħra, kif ukoll il-preżenza tal-baħar, dejjem iffavorixxew il-
komunikazzjoni bejn il-popli tad-diversi reġjuni u 1-migrazzjoni lejn ir-reġjuni 1-oħra tad-dinja. Il-klima xejn
kiefra li tinsab fil-parti 1-kbira tal-kontinent, għenet ukoll biex dan il-kontinent jiġi abitat b'mod dens.
Il-baħar jifforma 1-parti 1-kbira tal-konfini naturali tal-Ewropa. Fit-Tramuntana hemm il-Baħar Artiku, fil-
Punent 1-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar il-Mediterran, il-Baħar 1-Iswed, u 1-Kawkasu, fil-Lvant il-Baħar
Kaspju, il-katina muntanjuża tal-Urali u x-xmara Ural.
Dehra satellitari tal-Ewropa
Werrej
L-oriġini tal-isem "Ewropa"
Twelid tal-Ewropa u tal-Ewropej
Ġeografija
Pajjiżi fl-Ewropa
Referenzi
ll-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja
L-oriġini tal-isem "Ewropa”
L-isem "Ewropa" ġej mil- lingwa Griega (bil-Grieg: Evpojnq) li tfisser "għajnejn kbar" u kienet personaġġ
tal-mitoloġija Griega. Ewropa kienet bint Aġenor, re ta' Tiru, fejn din kienet belt antika fil-Kananija u
kolonja Griega. Żeus, li sar iħobbha ddeċieda li jisraqha u ttrasforma ruħu f'barri abjad. Waqt li kienet qed
tiġbor il-fjuri max-xatt tal-baħar, Ewropa rat il-barri li kien qed jersaq lejha. Kienet daqxejn beżgħana imma
1-barri niżel għarkubbtejh u Ewropa kkalmat. Meta rat li kien iħalliha toqgħod tmellsu, Ewropa telgħet fuq
dahar il-barri u dan wassalha sa Kreta. Żeus reġa' sar alla u wrielha mħabbtu. Huma kellhom tlett itfal:
Minosse, Sarped on u Radamantu. Minosse sar re ta' Kreta u twieldet iċ-ċivilità ta' Kreta li kienet il-benniena
taċ-ċivilità Ewropea.
Twelid tal-Ewropa u tal-Ewropej
Fl-epoka Griega u Rumana, 1-Ewropa kien terminu ġeografiku indefenit, art fit-Tramuntana tal-Mediterran li
ħadd ma kien jaf il-konfini Nordiċi tagħha. Fir-rikostruzzjoni tal-ġeografiku Grieg Ekateu ta' Miletu, 1-art
kienet tikkonsisti minn żewġ kontinenti maqsumin mill-Mediterran, iċ-ċentru tad-dinja: minn naħa 1-Ewropa
kienet tikkonfina mat-Tramuntana, u minn naħa 1-oħra 1-Asja, fejn kienet tinkludi wkoll 1-Eġittu u 1-Libja.
Rari ħafna kienu 1-awturi Latini jiċċitaw it-termini "Ewropa" u "Ewropej". L-ewwel li uża 1-aġġettiv
"Ewropew" b'tifsira aktarx waħda rilevanti hu fis-seklu 8 mill-patri Isidoro Pacensis, biex jindika li s-suldati
taħt il-gwida ta' Karlu Martell, kienu għadhom kemm iġġieldu fi Poitiers. Il-battalja kienet tat valur
simboliku kbir: 1-Oċċident Kristjan idealment rappreżentat mill-Ewropa, li kienet waqqfet 1-espansjoni
Għarbija; u b'hekk Isidoro għamel użu tal-aġġettiv "Ewropew" biex jattribwixxi identità kollettiva għas-
suldati li kienu waqqfu 1-invażuri Musulmani.
L-Ewropa, għall-ewwel darba, saret politika konkreta u reali bl-imperatur Karlu Manju. Fit-tmiem tat-tmien
seklu u 1-bidu tad-disa' seklu, wara tmiem ta' madwar tletin sena ta' gwerra kontra 1-Lombardi, 1-Avari, is-
Sassoni u s-Slavi, twieldet entità ġdida fejn ingħaqdu 1-qawwa antika ta' Ruma, 1-awtorità spirtwali tal-Papa
u 1-qawwa tal-poplu Ġermaniż. Karlu ffonda 1-Ewropa, li b'espressjoni ġeografika saret Imperu kbir li juża 1-
istess munita, li adotta il-Latin bħala 1-lingwa uffiċjali tal-kitba u li għandha reliġjon waħda.
Ġeografija
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ġeografija tal-Ewropa.
Ġeografikament, 1-Ewropa hi parti tas-superkontinent tal-
Ewrasja.
Il-konfini fuq il-Lvant tal-kontinent jibdew mill-muntanji Urali
fir-Russja, fejn ikomplu max-xmara Ural u d-depressjoni ta'
Kuma-Manych fin-Nofsinhar, li jisseparah mill-Asja. Din il-
linja ta' demarkazzjoni kienet definita miz-Zar tar-Russja mill-
1730 minn bażi ta' xogħlijiet ġeografiċi tal-Ġermaniż Philip
Johan von Strahlenberg. Madankollu, mhux kulħadd jaċċetta
din il-konvenzjoni: b'hekk, aktar mix-xmara Ural, anki 1-Emba
tista' tintuża bħala konfini, u 1-quċċati tal-Kawkasu jistgħu
jissostitwixxu lix-xmajjar ta' Kuma u Manych.
Il-Baħar 1-Iswed, il-Bosforu, il-Baħar ta' Marmara u d-
Dardanelli jikkonkludu 1-konfini mal-Asja. Il-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar jissepara 1-Ewropa mill-
Afrika, waqt li fil-Punent il-konfini hu mill-Oċean Atlantiku, fejn jinkludi lill-Islanda. Għadu mhux konkluż
id-dibattitu fuq fejn qiegħed iċ-ċentru ġeografiku tal-Ewropa.
Dawn il-fruntieri fuq il-Lvant tal-Ewropa huma biss politiċi, ekonomiċi u kulturi, imma mhux ġeografiċi.
B'hekk kien hemm il-bidu ta' diversi interpretazzjonijiet dwar il-konfini Ewropej u allura fuq it-territorju li 1-
Ewropa hi magħmula minn, fejn jiġu esklużi u inklużi pajjiżi sħaħ. Kważi kull pajjiż Ewropew jagħmlu parti
tal-Kunsill tal-Ewropa, barra 1-Belarus, il-Vatikan, il-Każakistan u 1-Kosovo.
L-idea tal-kontinent Ewropew, pero, mhijiex aċċettata universalment. Xi żoni ġeografiċi barra mill-Ewropa
jiġu riferti mal-kontinent Ewroasjatiku jew jaraw lill-Ewropa bħala sottokontinent, billi mhux kompletament
ċirkondat mill-baħar, fejn hu definit aktar bħala żona kulturali milli ġeografika. Fil-passat, din is-
sottodiviżjoni kienet mħarsa bħala waħda valida minħabba 1-fatt li jissepara t-territorju tal-Kristjani minn
dawk non-Kristjani.
Europa linguistic
Pajjiżi fl-Ewropa
■:‘irnfli]iir l flr’r>.inr| tvnjpn
Europa regional culture
Europa history; 1000.
■ Albanija
■ Franza
■ Malta
■ Serbja
■ Andorra
■ Ġermanja
■ Moldova
■ Slovakkja
■ Armenja 2
■ Ġeorġja 2
■ Monako
■ Slovenja
■ Awstrija
■ Greċja
■ Montenegro
■ Spanja
■ Ażerbajġan 1
■ Irlanda
■ Norveġja
■ Turkija 1
■ Belarus
■ Iżlanda
■ Pajjiżi l-Baxxi
■ Ukrajna
■ Belġju
■ Italja
■ Polonja
■ Ungerija
■ Bożnija u Ħerżegovina
■ Kroazja
■ Portugall
■ Vatikan
■ Bulgarija
■ Latvja
■ Renju Unit
■ Żvezja
■ Ċipru 2
■ Liechtenstein
■ Repubblika Ċeka
■ Żvizzera
■ Danimarka
■ Litwanja
■ Rumanija
■ Estonja
■ Lussemburgu
■ Russja 1
■ Finlandja
■ Maċedonja
■ San Marino
Referenzi
1. A Kaplan, Andreas M. (2014) European management and European business schools: Insights
from the history of business schools, European Management Journal, 32(4), 529-534.
1 Parti mill-pajjiż tinsab fl-Asja. 2 Ġeografikament fl-Asja, imma kkunsidrat Ewropew ghal raġunijiet storiċi
u kulturali.
Miksub minn "https://mt.wikipedia.Org/w/index. php?title=Ewropa&oldid=251817"
L-aħħar bidlafuq il-paġna: 09:04, 9 Nov 2018.
It-test huwa disponibbli taħt il-Liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike; jistgħu japplikaw xi kundizzjonijiet
oħra. Ara l-kundizzjonijiet tal-użu għal aktar dettalji.